Malti ta’ 35 sena bħalissa qed jitressaq il-Qorti b’rabta ma’ argument li seħħ f’San Ġiljan fl-ewwel tas-sena.
Dakinhar Rument ta’ 35 sena u Kolombjan ta’ 45 sena marru l-għassa ta’ San Ġiljan u allegaw li kienu għadhom kemm ġew aggrediti mill-Malti ta’ 35 sena.
Ftit wara, daħal raġel ieħor ta’ 35 sena ġewwa l-Għassa u allega li kellu argument ma’ żewġ persuni.
Dan seħħ għall-ħabta tat-15:15.
Minħabba li Ruman kellu xi dmija, il-Pulizija talbet l-assistenza medika u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Pulizija rriżulta li kien qam argument bejniethom fi Triq San Ġorġ u allegatament, ir-Rumen sofra daqqiet ta’ martell.
Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.