Wara 51 ġurnata l-atleta Malti Steve Chetcuti wasal fid-destinazzjoni finali, dik ta’ French Guyana fl-Amerika t’Isfel, wara li telaq b’dgħajsa tal-qdif mill-Portugall.
Din l-isfida Chetcuti daħlilha wara li ħuh, Mike, tilef il-battalja mal-kanċer fil-moħħ madwar tliet snin ilu, u parti mill-fondi li nġabru marru għand Hospice Malta.
Fuq filmat li tella’ fuq Facebook wara li qasam l-Atlantiku, Chetcuti qal li l-ewwel jiem tal-isfida kienu ferm diffiċli għalih, iżda irnexxielu jasal fid-destinazzjoni pjanata.
Matul l-isfida Steve Chetcuti kemm-il darba kien jaġġorna lil min isegwih fuq il-profil tiegħu fuq facebook.
Il-fondi miġbura sa issa huma aktar minn sittax-il elf ewro.
Ara l-filmat tal-wasla: