Riżultat prestiġjuż għal pajjiżna, hekk kif fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Mario Camilleri rebaħ it-tazza tad-dinja fil-kategorija tal-veterani tas-Subbuteo, waqt li Malta spiċċat fit-tielet post overall tal-kompetizzjoni.
Camilleri rnexxielu jikseb dan is-suċċess wara prestazzjonijiet mill-isbaħ. Fis-semi finali tal-kompetizzjoni hu għeleb liċ-champion renjanti Gianfranco Calonico bl-iskor ta’ 3-2, waqt li fil-finali fejn ffaċċja lill-Grieg Antonios Kastellanos, hu temm il-ħin regolamentari bl-iskor ta’ 1-1. Wara l-għoti tas-shots, Camilleri ħareġ rebbieħ bi skor ieħor ta’ 3-2.
Ta’ min jirrimarka wkoll li Malta kisbet midalja tal-bronż f’din il-kompetizzjoni, hekk kif Malti ieħor, Charlie Aquilina, wasal sas-semifinali. Hu ġie megħlub minn Antonios Kastellanos bl-iskor minimu ta’ 1-0.