Ftit tal-ħin ilu għall-ħabta tas-19:00, raġel Malti ta’ 19-il sena prova jweġġa’ lilu nnifsu waqt li kien jinsab taħt arrest ġewwa l-lock up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana.
Kien intervent f’waqtu minn naħa tal-Pulizija li fortunatament waqqaf lir-raġel milli jikkawża lilu nnifsu ġrieħi serji.
Filfatt ir-raġel ma ġarrab l-ebda ġrieħi madankollu bħala prekawzjoni huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei.