Il-Qoti ċaħdet it-talba għall-estradizzjoni li għamlu l-awtoritajiet Taljani fil-konfront ta’ Malti wara li nstab li t-talba għal dan kienet miżgħuda żbalji.
Paul Attard, li jaħdem fl-industrija tat-tbaħħir, kien qed jiġi mfittex fl-Italja wara li allegatament kien involut f’attivitajiet illegali ta’ traffikar. Huwa kien arrestat fit-2 ta’ Mejju li għadda wara li nħareġ mandat ta’ arrest Ewropew fil-konfront tiegħu.
Il-Qorti kkonkludied iżda li l-awtoritajiet Taljani ma mxewx skont il-liġi Ewropea, u l-akkużat kellu raġun jilmenta mill-mod kif l-Italja talbet għall-estradizzjoni tiegħu. Dan filwaqt li kien hemm numru ta’ ineżattezzi dwar kif u fejn ġara l-allegat każ.
Il-Qorti għalhekk ordnat li Paul Attard jinħeles mill-arrest.