Fuq is-sit soċjali ta’ Facebook beda jiċċirkola ritratt ta’ persuna b’farrett fond f’ rasu.
Dan wara li grupp ta’ żgħażagħ Taljani matul l-lejl li għadda f’ Paceville allegatament taw xebgħa bi flixkun lil żagħżugħ Malti ta’ 20 sena.
Huwa mifhum li waqt li tliet żgħażagħ Maltin kienu qed isuqu l-karozza tagħhom fi Triq Dragunara grupp ta’ Taljani baqgħu f’nofs tat-triq.
X’ħin il-Maltin bdew idoqqulhom il-ħorn jidher li minflok resqu t-Taljani bdew jivvandalizzaw il-karozza. Hekk kif il-Maltin ħarġu mill-karozza l-argument kompla jisħon b’wieħed mill-Maltin jiftħulu rasu ktieb.
Il-Malti ttieħed Mater Dei fejn għamlulu seba’ punti f’rasu.
Il-pulizija għad m’għandhom l-ebda informazzjoni dwar dan il-każ.