Raġel Malti u tliet tfajliet Ingliżi, li għandhom bejn it-23 sena u l-54 sena, kienu qed jiddeveru f’post tad-divertiment meta f’ħin minnhom, mingħajr ebda raġuni, qabdu jagħtu ma’ tfajla Russa fiċ-Ċentru ta’ Ruma. Dan skond rapport Corriera della Sera.
Qed jingħad li l-grupp xorbu aktar milli felħu hekk kif qabdu jagħtu ma’ tfajla Russa ta’ 27 sena, meta għal raġuni mhux magħrufa, bdew ifajru d-daqqiet ta’ sieq u bil-ponn.
Diversi persuni ppruvaw iwaqqfuhom u oħrajn ċemplu lill-Pulizija biex jintervjenu.
L-aggressuri ġew arrestati filwaqt li l-vittma ttieħdet l-isptar b’ambulanza fejn instab li ġarrbet ġrieħi f’wiċċha u f’rasha.