Peter Agius, il-Kap tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta se jħalli l-kariga tiegħu fil-jiem li ġejjin u se jingħaqad mal-Kabinett tal-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani.
Agius, li għandu 37 sena ilu jokkupa l-kariga ta’ Kap tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew għal dawn l-aħħar ħames snin. Kariga li kienet mistennija li tiskadi t-terminu tagħha aktar tard din is-sena.
Kien il-President Tajani nnifsu li bagħat għal Agius biex jaħdem fil-Kabinett tiegħu, hekk kif kien elett fil-kariga ftit tal-jiem ilu. Peter Agius ilu sa minn żogħżitu jaħdem fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej, tant li ta’ 27 sena kien l-izghar impjegat fl-ufficcji tal-Kunsill Ewropew fi Brussell.