Għat-tieni darba din is-sena, il-plejer Malti Reuben Grech, flimkien mat-tim tiegħu OneHash se jkun qed jivjaġġa lejn ir-Renju Unit biċ-ċans li jirbaħ $25,000, jiġifieri, €22,314 se jieħu sehem fil-kampjonat dinji ta’ Call of Duty li se jsir f’ Sheffield l-Ingilterra bejn l-24 u l-25 ta’ Ġunju. Call of Duty hija logħba magħrufa ferm.
Il-plejer Malti jsejjaħ lilu nnifsu Randu, ilu jilgħab din il-logħba għal żmien twil u flimkien ma’ sħabu dejjem irnexxielu jikseb pożizzjonijiet tajbin ħafna f’ tournaments lokali, fosthom fit-tournament li jsir f’pajjiżna l-Malta Cyber Series.
Huwa se jkun qed jikkompeti kontra uħud mill-aqwa timijiet li jilgħabu din il-logħba, fosthom Splyce li riċentament rebaħ league prestiġjuż.