Xufier Malti ta’ tnejn u tlettin sena nżamm arrestat wara li nqabad jipprova jniżżel 231 kilo droga marijuana minn Pozzallo lejn Malta fuq il-katamaran.
Ix-xufier, li jaħdem ma’ kumpanija Maltija li ġġorr il-merkanzija minn barra, ġie arrestat waqt li kien qed jipprova jittrasporta din id-droga bl-użu tat-trakk tax-xogħol. Hu nqabad mill-Guardia di Finaza ta’ Ragusa fejn bl-għajnuna tad-Dwana ta’ Pozzallo flimkien mal-klieb tagħhom tqajjem suspett dwar it-trakk li kien qed jinstaq mill-istess raġel.
Minnufih bdew isiru t-tfittxijiet fuq it-trakk fejn ir-raġel inżamm arrestat mill-Pulizija, b’dak kollu li kien hemm fuq it-trakk spiċċa ssekwestrat.
Sit barrani Taljan irrapporta kif fuq it-trakk kien hemm madwar 114-il pakkett bil-marijuana li kienu moħbija qalb pakketti oħra.
Ir-raġel qed jinżamm arrestat f’Ragusa.