Mohan Bharwani, imprenditur ta’ 57 sena, baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti b’Mandat t’Arrest Eewropew li nħareġ mill-awtoritajiet tal-Isvezja b’rabta ma’ investigazzjonijiet li allegatament kien involut f’ċirku kriminali li wettaq frodi ta’ madwar €195 miljun f’17-il pajjiż differenti tal-Unjoni Ewropea.
Fil-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Abigail Critien, il-prosekuzzjoni spjegat li r-raġel ġie arrestat wara tfittxija li l-Pulizija Maltija għamlet f’residenza f’San Ġwann.
Il-Prosekuzzjoni qal kif l-akkużat qal li kien konsulent għal kumpanija Żvediża.
Huwa wieġeb mhux ħati ta’ dawn l-akkużi, bl-Avukati tad-Difiża talbu għall-ħelsien mill-arrest. Talba li ġiet miċħuda sakemm tibda tinstema’ l-kawża dwar l-estradizzjoni.
F’din l-operazzjoni, kien hemm involuti 690 uffiċjal minn 17-il pajjiż, inkluż Malta.