Ġimgħat ta’ investigazzjonijiet mill-Pulizija wasslu għall-arrest ta’ Malti li allegatament kien involut f’serqa ta’ bosta srieken minn Franza.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet xi ftit tax-xhur ilu l-Pulizija tan-Normandija talbet l-għajnuna tal-Pulizija minn diversi pajjiżi Ewropew, fosthom il-Pulizija Maltija, permezz ta’ Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea, dwar serqa ta’ srieken, li jiswew l-eluf ta’ ewro.
Qalet li fl-aħħar sigħat saret operazzjoni mill-Pulizija Maltija tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali sabet li wħud mis-srieken setgħu kienu f’xi stalel fil-Marsa.
Hawnhekk instabu wħud mis-srieken li allegatament kienu insterqu minn Franza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija Maltija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom attivi.