Maltempati qawwija laqtu n-Nofsinhar tal-Polonja matul il-jum tal-Ħadd li ġabu magħhom silġ kbir, irwiefen qawwija u ħafna għargħar.
F’diversi lokalitajiet kien irrappurtat silġ li kien fih daqs bajda fid-daqs bil-konsegwenza li kkawża ħafna ħsara f’diversi binjiet u karozzi.
L-agħar maltemp ħakem ir-reġjuni ta’ Malopolska, Podkarpackie, Silesia u Lublin fejn ir-residenti rrappurtaw li niżlet xita qawwija f’daqqa li kienet ikkaratterizzati mis-silġ. F’Rozprza, ħdejn Piotrków, kienet ikkawżata ħsara fil-linji tal-elettriku b’konsegwenza li diversi nħawi tad-distrett spiċċaw bla dawl.
F’Magdalenka, diversi binjiet ġarrbu ħsara b’ħafna twieqi jitkissru u s-soqfa ta’ mill-anqas sitt binjiet jiċċartu.
Ħaddiema ta’ salvataġġ u pumpieri kienu mpenjati sa matul il-lejl biex tiġi ratifikata s-sitwazzjoni.