Minn tal-inqas 21 persuna mietu f’Tennessee filwaqt li għexieren oħra jinsabu mitlufa kawża ta’ maltemp qawwi li laqat lil dan l-istat Amerikan.
Bħalissa aktar minn 120,00 dar tinsab bla provvista tal-elettriku, iżda l-maltemp ħalla wkoll diżastru warajh hekk kif l-għargħar kaxkar kulma kellu quddiemu, saħanitra anke qaċċat xi siġar mill-għeruq.
Intant, il-President Amerikan Joe Biden tenna li se jkun qed jibgħat l-għajuna għal dawk kollha milquta minn din il-maltempata tropikali filwaqt li wassal il-kondoljazni lil qraba tal-vittmi.