Kienu xhur Sajfin kiefra għal bosta li ma jħobbux is-sħana fejn it-talb għax-xita sa fl-aħħar instemgħu. Dan hekk kif illum il-gżejjer Maltin inħakmu minn maltempata b’waqtiet imżewqa bis-sajjetti, b’ħalbiet tax-xita jikinsu t-toroq Maltin.
Iżda għalkemm bħalissa l-istess persuni jinsabu ħdejn xi tieqa b’xi kikkra tè u tbissima fuq fommom daqslikieku waslet ix-xitwa, oħrajn qed jitolbu li x-xita tieqaf għalkollox.
Persuni li huma fanatiċi tal-festi Maltin, b’mod partikolari ta’ Marija Bambina, jinsabu mħassbin hekk kif hemm possibilità li l-purċissjonijiet tal-Bambina hemm ċans li jitħassru.
Lokalitajiet, fosthom il-Mellieħa, in-Naxxar, l-Isla u x-Xagħra Għawdex, din il-ġimgħa qed jiċċelebraw il-festa ta’ Marija Bambina u għalkemm it-temp kien juri minn diversi jiem ilu li mhux se jkun ħanin, fanatiċi ttamaw li dan jinbidel.
Ibgħatilna r-ritratti tiegħek fuq onenews@onenews.com.mt
Ritratt: Danielle
Ritratt: Raħal Ġdid – Thomas Buckland
Ritratt: Gianluca Falzon
Ritratt: Kerċem – Sarah Bugeja
Ritratt: Omar Lucienne Pisani
Ritratt: San Lawrenz – Warren Attard