Kien lejl b’diversi ħalbiet tax-xita u riħ, temp li baqa’ jippersisti sa kmieni dalgħodu fejn sa fl-aħħar t-temp qishu żvoga u faqqgħet maltempata fuq il-gżejjer Maltin.
Kienu bosta siti u paġni fuq Facebook li wissew li se nkunu qed nargħu maltempata riesqa lejn il-gżejjer Maltin bil-possibilità li anke jinżel is-silġ.
Il-paġna Maltese Roads Traffic Updates, iddedikata proprju għat-traffiku, appellat fuq Facebook lis-segwaċi kollha tagħha biex kemm jista’ jkun jevitaw milli joħorġu f’temp bħal dan, dan hekk kif jista’ jkun ta’ periklu għal kull sewwieq.
Ritratt: Glenn Zammit