Bassara tat-temp qed jgħidu li maltempata tidher riesqa lejn id-direzzjoni tal-Gżejjer Maltin. Is-sit FirstMalta spjega kif din il-maltempata, jekk is-sitwazzjoni tibqa’ kif inhi, mistennija tilħaq fuq il-gżejjer Maltin f’inqas minn siegħa.
L-istess sit qed jirrapporta kif mal-lejl li għadda ġew imkejjla 14.7mm xita fuq Ħal Luqa, iżda żoni oħra bħal Għawdex ftit li xejn intlaqtu.
Jidher li l-maltemp mistenni jippersisti sa’ għada fuq il-gżejjer Maltin b’ħalbiet tax-xita, xi wħud bir-ragħad minn ħin għal ħin.