Il-punent tal-Awstralja qed iħejji għal maltempata li mistenni tolqot diversi żoni fis-sigħat li ġejjin u tibqa’ għadejja sal-jum tat-Tnejn. Huwa mbassar ilhi xita qalila, riħ qawwi, li saħħansitra f’ċertu postijiet huwa previst li jlaħħaq qawwa ta’ 130 kilometru fis-siegħa u mewġ għoli tmien metri mistennija jolqtu l-kosta tal-punent.
Din il-maltempata hija riżultat ta’ parti minn ċiklun tropikali li jitħallat ma’ arja kiesħa. Uffiċjal fid-Dipartiment Awstraljan tan-Nar u Servizzi ta’ Emerġenza qal ilhi maltempata simili ssir darba kull għaxar snin.