Waħda mill-ikbar maltempati tul is-snin f’Kalifornja, l-Istati Uniti laqtet lil dan l-istat u ħalliet żewġ persuni mejta.
Il-maltempata mistennija ġġib magħha għargħar kbar, b’aktar minn mitt dar diġa ġew evakwati fost biża’ ta’ aktar maltemp f’Los Angeles.
Aktar minn mitejn u ħamsin titjira wkoll ittardjaw jew ġew ikkanċellati fl-ajruport internazzjonali ta’ Los Angeles. Dan filwaqt li għadd ta’ toroq ingħalqu.
Intant, meteorologu Amerikan qal li f’ġimgħa waħda mistennija jinżlu fuq Kalifornja mal-għaxar triljun gallun ta’ xita.
Ammont li qal li huwa saħansitra biżżejjed biex jipprovdu l-ilma kollu li jgħaddi min-Niagara Falls għal mija erbgħa u ħamsin jum.