Bħalissa inħawi differenti f’Malta maħkuma minn maltemp u rwiefen qawwija.
L-uffiċju meteoroloġiku fl-ajruport qed ibassar riħ mill-Lbiċ li jitla minn Forza 6 lokalment għal Forza 7 u saħansitra Forza 8 sal-ħdax ta’ llejla. Dan filwaqt li l-baħar mistenni jkun qawwi għal qawwi ħafna.
Fil-fatt kmieni dalgħodu f’00:00am, il-kumpanija Electrogas li topera l-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f’Delimara qalgħet it-tanker tal-gass ’l barra mill-moll bħala prekawżjoni minħabba l-maltemp.
Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li l-imbatt tal-mewġ fil-bajja ta’ Marsaxlokk mistenni jkun b’saħħtu ħafna bir-riħ mistenni jonfoħ mix-xlokk il-lvant u jilħaq forza sitta sa tmienja.
Fi stqarrija, il-kumpania qalet li hija impenjata li topera l-impjant f’Delimara b’mod sigur. Qalet li għalhekk bħala miżura ta’ prekawzjoni u qabel mat-temp ikompli sejjer għall-agħar, it-tanker se jinqala’ 70 metru ’il barra mill-moll. Qalet li t-tanker huwa ddisinjat biex jibqa’ ankrat fil-port sakemm jgħaddi l-maltemp.
Intant iktar kmieni llum fuq il-programm One Breakfast Mark Vella Gera spjega kif għandek tippjana l-ġimgħa minħabba l-maltemp li laqat il-gżejjer Maltin.