Minn tal-inqas persuna mietet u 19-il persuna huma nieqsa kawża ta’ maltempata qawwija li laqtet in-Nofsinhar ta’ Franza u l-Majjistral tal-Italja.
Il-maltempata, bl-isem Alex, ġabet irjieħ u xita qawwija li kkawżat għargħar kbir, b’numru ta’ rħula madwar il-belt ta’ Nizza sofrew ħsarat estensivi.
Uħud mit-toroq u pontijiet fit-Tramuntana tal-Italja wkoll sofrew xi ħsarat kwża tal-ilmijiet kif ukoll faru diversi xmajjar.