Kawża ta’ xita qalila, l-iskejjel kollha fi Sqallija se jkollhom jagħlqu minħabba perikli li jista’ jkun hemm għall-istudenti, edukaturi u anke ġenituri.
B’effett immedjat, l-awtoritajiet ordnaw ukoll l-għeluq tal-ġonna publiċi u ċ-ċimiterji.
Il-midja Taljana qed twissi lil kulħadd biex isibu kenn minn dan il-maltemp, li jista’ jkun perikoluż.
Intant, fit-toroq hemm preżenza qawwija ta’ pulizija u li jagħtu l-ewwel għajnuna biex jissorveljaw is-sitwazzjoni.
Jidher ukoll li saret ħsara kbira fuq vetturi u binjiet.
S’issa ġew irrappurtati nieqsa żewġ persuni a, u mijiet oħra huma maqbuda fil-karozzi tagħhom, kawża ta’ għargħar.