Maltemp kbir fuq Sqallija laħaq il-gżejjer Maltin hekk kif bħalissa ninsabu bejn żewġ maltempati bit-temp jinbidel għal riħ u xita qalila.
Aktar kmieni dalgħodu fuq Sqallija kien hemm ammont ta’ maltemp li laqat pjuttost b’qawwa. Jidher li l-maltemp diġà ħakem il-gżejjer Maltin b’diversi lokalitajiet fosthom Birkirkara, il-Marsa, il-Mosta u bosta oħrajn. S’issa jidher li r-riħ hu kalm bil-qawwa tiżdied ftit mal-ħin.
FirstMalta rrapporta kif ix-xita mistennija tkun akkumpanjata mir-ragħad u dan qed iseħħ wara li massa ta’ arja kiesħa resqet aktar l-isfel lejn iċ-ċentru tal-Mediterran u ħolqot kuntrast mal-arja sħuna li toħloq instabbiltà fuq iż-żona tagħna.