In-numru ta’ persuni mejta wara l-maltemp li ħakem żoni qrib il-kapitali Griega, Ateni, laħħaq is-16-il persuna.
Aktar minn 20 persuna ndarbu filwaqt li persuna qed ikun irrapurtat nieqes kawża tad-diżastru li ħoloq il-maltemp.
Dan filwaqt li fir-reġjun ta’ West Attica ġie ddikjarat stat ta’ emerġenza.
Barra minn hekk, ħafna toroq ingħalqu u mijiet ta’ djar u negozji sarulhom ħsarat estensivi.