Il-maltempata qawwija bl-isem Gloria li ħakmet il-Lvant ta’ Spanja qatlet minn tal-inqas 4 persuni. Valencia u l-Gżejjer Baleari kienu l-aktar milquta, b’għargħar u riħ qawwi li kkawżaw ħerba, filwaqt li 30 provinċja oħra fi Spanjna tpoġġew taħt twissija.
Wieħed mill-vittmi miet meta laqtuh xi affarijiet li taru bir-riħ minn fuq il-bjut, filwaqt li mara li kienet tgħix fit-toroq spiċċat mietet minħabba t-temperaturi kesħin. Żewġt irġiel oħra mietu wieħed f’inċident tat-traffiku kkawżat mill-maltemp u ieħor miet f’daru x’aktarx minħabba ipotermja.
Il-maltempata resqet lejn in-nofsinhar ta’ Franza. Bassar tat-temp Franċiż qal illi din il-maltempata hija fost l-agħar sa mill-1982.