Il-kumpanija Maltco ħabbret li minħabba l-imxija tal-coronavirus, hija qiegħda tissospendi it-tlugħ tal-lottu. Dan wara li t-Tlieta ġie ppubblikat avviż legali li permezz tiegħu ġie ordnat sabiex mil-lum jingħalqu l-istabbilimenti tall-logħob.
Il-kumpanija ħabbret ukoll it-tlugħ tas-Super 5 li kien se jsir illejla, it-tlugħ tas-Superstar li kellu jsir nhar il-Ġimgħa u l-Quaterno+ se jkunu sospiż u posposti għall-futur.
Maltaco qalet li l-biljettli li ġa nxtraw se jibqgħu validi.
Rigward il-U*BET, Maltco ħabret li l-imħatri li ġa tqiegħsu se jibqgħu validi iżda l-ħlas tar-rebbieħa se jsir ladarba l-U*BET jerġa’ jibda jsir. F’każ li tiġi kkanċellata xi attività jew ikun hemm xi posponiment, ir-regoli tar-rifużjoni li jibgħqu japplikaw.
Se jiġu sospiżi wkoll logħob ieħor bħalma huma Quick Keno, Bingo75 u Scretachers.
Filwaqt il-ħlas tal-biljetti ġie sospiż skont struzzjonijiet tal-Awtorità Maltija għall-Gaming (MGA).
Intant il-perjodu li fih ir-rebieħa jistgħu jiġbru l-flus ġie estiż minn 60 għal 90 ġurnata.
Il-Maltco stqarret li dan il-perjodu jista’ jkun li jiġi estiż skont iċ-ċirkustanzi.