Il-Maltco Lotteries preżentat il-kontribuzzjoni ta’ €50,000 lill-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli. Somma li hija parti mir-rekwiżit li l-istess Maltco kellha biex tingħata l-liċenzja biex topera l-lottu f’pajjiżna.
Iċ-ċermen tal-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli Silvio Schembri tkellem dwar ħidmet il-Fondazzjoni fl-aħħar snin.
Irrimarka dwar diversi proġetti, fosthom il-Corporate Social Responsability Program u l-Education Program.
Din is-somma se tgħin biex tkompli fuq is-sisien li diġà nbena.
Il-Ministru għall-Kompetittivita Manuel Mallia tenna dwar l-importanza tal-bilanċ fejn jidħol il-logħob, u rrimarka kif dan is-settur jikkontribwixxi ħafna lill-ekonomija Maltija. Filfatt, din l-industrija hija 10% tal-Prodott Domestiku Gross ta’ pajjiżna u timpjega mal-ħamest’elef persuna. Madanakollu tenna li li s-settur ikun regolat tibqa’ l-prijorità ta’ dan il-Gvern, fejn hu għalhekk li Malta għandha ġurisdizzjoni serja f’dan il-qasam.
Sentejn ilu, il-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli nediet pjan ta’ ħidma għal erba’ snin.
Fil-konferenza tal-aħbarijiet kien spjegat li fid-dawl li dan il-pjan miexi ’l quddiem ferm aktar minn kif previst, hemm il-ħsieb li jmorru oltre minn hekk.