Il-Kumpanija Maltco Lotteries tat donazzjoni ta’ ħamsin elf ewro lill-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli biex tużahom f’inizjattivi li jippromwovu l-logħob tal-azzard b’mod responsabbli.
Il-Manager tal-Fondazzjoni, Kevin O’Neill stqarr kif il-Fondazzjoni se taħdem aktar mal-kumpanija Maltco biex tara li l-appell ta’ logħob responsabbli jkun wieħed ċar.
Dan għaliex minkejja li l-abbuż huwa perikoluż, il-logħob tal-azzard fih innifsu jista’ jitgawda jekk isir b’mod responsabbli.
O’Neill qal, “Aħna nemmnu li l-logħob għandu jkun post fejn wieħed għandu jieħu pjaċir u mhux li jiġi dipendenti minn dak il-post jew dik ir-rikreazzjoni li jkun qed jieħu jiġifieri importanti li dak il-bilanċ ikun hemm.”
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Maltco sostna kif apparti din id-donazzjoni sostanzjali, il-kumpanija taħdem ukoll biex tgħarraf lil kull min jilgħab dwar il-bilanċ.
Vasileos Kasiotakis stqarr, “We believe that all gaming and all players should entertain through a responsable manner so they don’t go beyond their means. This is very important for us and therefore all our actions are targeting the knowledge of the people in order for them to be aware that they should play within their means.”
Il-Ministru għall-Ekonomija, Silvio Schembri qal kif il-pandemija fissret żmien diffiċli għall-persuni bil-vizzju, u f’ċertu każijiet żiedet it-tentazzjoni.
Għaldaqstant irringrazzja lill-Fondazzjoni għax-xogħol utli tagħha u lill-Maltco għall-kontribut finanzjarju.