Min se jkun l-aqwa ‘tattoo artist’ fil-Gżejjer Maltin?
JA Media hija l-kumpanija wara din l-inizjattiva fejn qed tlaqqa’ individwi midħla tat-tatwaġġ f’Malta biex apparti li jirbħu €5000 ma’ dan l-unur, jirbħu ukoll id-dritt li jirrapreżentaw lil Malta f’waħda mill-aktar konvenzjonijiet prestiġjużi tat-tatwaġġ fl-Ewropa.
Illejla tibda fażi eċitanti tal-kompetizzjoni fejn se naraw 17-il artist jieħduha ras’imb ras f’kuntest tat-tpinġija biex javvanzaw għar-round li jmiss. L-artisti ser jingħataw 90 minuta biex joħolqu r-rapreżentazzjoni tagħhom ta’ tpinġija ta’ ras ta’ mewt. Dawn ser jinqasmu f’żewġ gruppi u iridu jinqalgħu 5 artisti biex jgħaddu 12 għal fażi li jmiss fi żmien ħmistax.
Luke Magro flimkien ma’ Denise Gafà jippreżentaw dan il-programm innovattiv għal Malta flimkien ma’ Dylan Mad Tatter, Kri8or u Tetinu bħala l-judges artistiċi, Anabelle Calafato (Skin Label) bħala analista teknika u Chef Daniel u Sean Gravina jgħatu l-impressjonijiet artistiċi tagħhom ukoll.
‘Malta’s Ultimate Tattoo Challenge’ jixxandar kull nhar ta’ Tnejn fid-21:15 ta’ filgħaxija fuq ONE.