Stqarrija għall-media, maħruġa mill-MaltaPost
L-inċident tal-allegat video qed ikun ittrattat mill-MaltaPost bl-ikbar rispett lejn id- drittijiet, u kunfidenzjalita’ ta’ dawk kollha konċernati. MaltaPost dejjem tiżgura li sitwazzjonijiet bħal dawn li jikkonċernaw lill-membri tal-istaff tal-Kumpanija, jingħataw l- attenzjoni kollha meħtieġa.
Il-Kumpanija hija nfurmata li il-Pulizija qegħda tagħmel l-investigazzjonijiet tagħha u għalhekk dawn għandhom jitħallew jieħdu l-kors tagħhom.
Il-pubbliku jifhem li l-MaltaPost innifisha hija totalment estranja għal dan l-inċident.