Fit-30 ta’ Settembru 2024, MaltaPost se tniedi t-tmien serje ta’ bolli li juru statwi reliġjużi li jinsabu f’diversi knejjes madwar Malta u Għawdex.
Din il-ħarġa filatelika tinkludi dawn l-istatwi proċessjonali:
Sant’Antnin ta’ Padova – Birkirkara;
Il-Madonna tal-Karmnu – Il-Gżira;
Maria Reġina – Il-Marsa;
Il-Madonna ta’ Lourdes – Raħal Ġdid;
Il-Madonna taċ-Ċintura – Ir-Rabat;
Il-Madonna ta’ Lourdes – San Ġwann;
San Lawrenz – San Lawrenz, Għawdex;
Santa Margerita – Ta’ Sannat, Għawdex;
Il-Madonna tad-Duttrina – Ħal Tarxien; u
San Ġorġ – Victoria, Għawdex.
Il-bolli l-ġodda se jinħarġu f’folji ta’għaxra, b’kull bolla tkun ta’ daqs 31mm x 44mm, b’perforazzjoni ta’ 13.0 x 14.0 u għandha “watermark” bis-salib ta’ Malta. Kull folja hija ta’ daqs 182mm x 115mm u ġiet stampata minn Printex Limited bi proċess offset. Il-ħarġa tikkonsisti f’500,000 bolla u kull waħda għandha denominazzjoni ta’ €0.45. Il-fotografija ttieħdet minn Mark Micallef Perconte.
Din il-ħarġa filatelika se tkun għal bejgħ mill-Fergħat Postali f’ Malta u Għawdex mit-Tnejn 30 ta’ Sttembru 2024. Ordnijiet jistgħu jsiru onlajn fuq www.maltaphilately.com/ jew bil-posta mill-Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001 – telefon 2596 1740 – email info@maltaphilately.com