Biex tfakkar it-300 anniversarju mit-twaqqif tal-Forti Manoel, MaltaPost se tniedi folja minjatura, li turi xbieha mill-ajru tal-forti u bolla b’dehra mill-qrib tal-kappella barokka ta Sant’ Antnin ta’ Padova.
Iż-żewġ pitturi huma xogħol l-artist lokali Andrew Micallef.
Fi stqarrija l-MaltaPost spjegat li l-folja minjatura hija ta’ daqs 41.00mm x 30.5mm, b’perforazzjoni ta’ 13.77mm x 13.66mm u għandha “watermark” bis-salib ta’ Malta.
Il-folja minjatura hija ta’ daqs 120mm x 80mm u ġiet stampata minn Printex Limited bi process offset.
Il-ħarġa tikkonsisti f’10,000 folja minjatura u kull bolla għandha denominazzjoni ta’ €3.00.
Din il-ħarġa filatelika se tkun għall-bejgħ mill-Fergħat Postali f’ Malta u Għawdex mill-Ħamis 14 ta’ Settembru li ġej.
Ordnijiet jistgħu jsiru onlajn fuq www.maltaphilately.com jew bil-posta mill-Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001.
Wieħed jista’ jċempel fuq 2596 1740 jew fuq l-email info@maltaphilately.com