Hekk kif qed tiżdied l-antiċipazzjoni għal maltabiennale.art, bil-lest għat-tnedija spettakolari tiegħu fit-13 ta’ Marzu, 2024, il-festival riċentement iltaqa’ malġenerazzjoni Maltija li jmiss ta’ artisti, storiċi, u ambaxxaturi kulturali permezz ta’ workshop speċjali li huwa maħsub għat-tfal ta’ bejn tmien snin u 12-il sena.
Organizzat f’MUŻA, l-avveniment ipprovda opportunità unika għat-tfal biex jimirħu fir-rikkezza kulturali li maltabiennale.art se jġib f’Malta.
B’konformità mat-tema ta’ maltabiennale.art li ddur mal-esplorazzjoni tal-wirt permezz tal-arti kontemporanja, il-workshop intitolat “L-Esplorazzjoni talGlobalizzjoni u tal-Identità Maltija Permezz tal-Arti” kien immexxi mill-artist Amerikan Joseph Cochran II, magħruf għal xogħlu fil-fotografija, vidjow, u riċerka arkivjali.
Dan il-workshop, lit-tfal offrielhom ħarsa lejn ir-riflessjonijiet tal-artist fuq ilglobalizzazzjoni u l-identità.
Permezz ta’ attivitajiet fi gruppi u diskussjonijiet interattivi, il-parteċipanti żgħar esploraw it-tifsir tas-simboli, daħlu fl-Istorja ta’ Malta, u esploraw ukoll netwerks globali fil-vjaġġ artistiku tagħhom stess.
Il-workshop inkuraġixxa lill-parteċipanti biex jistaqsu dwar xi tfisser li tidentifika ruħek bħala Malti, permezz ta’ eżempju meħud mis-sinifikat storiku ta’ Malta bħala port kummerċjali fil-Mediterran.
Is-sessjoni mhux biss qanqlet il-kreattività iżda wkoll ħawlet żerriegħa ta’ kurżità dwar l-influwenzi li sawru l-iżvilupp u l identità ta’ Malta matul is-sekli.
Cochran, artist esperjenzat li x-xogħol tiegħu ntwera f’gallariji rinomati bħal Swivel Gallery (Brooklyn, NY), Gold + Beton (Kolonja, DE), u Decoratelier (Brussell, BE), qed jingħaqad ma’ firxa varjata ta’ artisti internazzjonali u lokali li bħalissa jinsabu Malta jlestu l-aħħar irtokki għall-installazzjonijiet tagħhom għall-festival.
B’kollox, 80 artist minn 23 pajjiż qed jingħaqdu f’Malta biex jipparteċipaw f’20 padiljun nazzjonali u tematiku, li se jittellgħu f’uħud mis-siti prestiġjużi ta’ wirt lokali madwar Malta u Għawdex, fosthom Sant’Iermu, Sant’Anġlu, il-Mużew tal-Arkeoloġija, u l-Palazz tal-Inkwiżitur.
Il-bini tal-padiljuni wkoll miexi fl-aqwa tiegħu, kif jidher mill-iżvilupp li qed isir f’Villa Portelli l-Kalkara. Kull padiljun se jservi bħala pjattaforma distinta, li tagħti ħajja ġdida lil dawn il-postijiet storiċi li se jilqgħu lill-viżitaturi biex jesperjenzaw interazzjoni li tiġbdek bejn il-passat u l-preżent, il-wirt u l-kontemporanju.
Taħt il-patroċinju tal-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta, kif ukoll tal-UNESCO, maltabiennale.art sar avveniment kulturali globali notevoli għall-2024.
Permezz tar-rikonoxximent minn pubblikazzjonijiet bħal The Guardian, fuq il-kalendarju kulturali tad-dinja, Malta assigurat post bħala destinazzjoni li wieħed għandu jżur.
Il-festival se jiġi inawgurat mill-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta Dr George Vella waqt ċerimonja speċjali li se ssir fis-Sala tat-Tron tal-Palazz tal-Granmastru nhar it-Tlieta 12 ta’ Marzu 2024.
Qabel it-tnedija uffiċjali tal-festival, maltabiennale.art, b’kollaborazzjoni ma’ diversi artisti, imsieħba uffiċjali, u kollaboraturi, se jospita diversi avvenimenti, workshops, u diskussjonijiet.
Nies ta’ kull età minn kull sfera tas-soċjetà qed jiġu mistiedna biex jimpenjaw ruħhom fil-konfront tat-tema tal-festival, iċċelebrazzjoni tal-wirt u l-arti kontemporanja.
Dan jippreżenta opportunità unika għal Malta biex tingħaqad mas-siti ta’ wirt tagħha b’modi ġodda u sorprendenti.
Barra minn hekk, joffri merħba mill-qalb lil ħafna viżitaturi internazzjonali, u joffrilhom ċans li jesperjenzaw lill-Malta, il-kultura, u l-Istorja tagħha għall-ewwel darba permezz ta’ dan l-avveniment kulturali sinifikanti.