Bħala parti mill-maltabiennale. art2024 qed jitwettqu numru ta’ avvenimenti u laboratorji eċitanti li permezz tagħhom qed tintwera taħlita vasta ta’ espressjonijiet artistiċi u kulturali.
Il-maltabiennale.art jistieden lill-parteċipanti sabiex jattendu għal dawn l-attivitijiet u jesperjenzaw elementi differenti ta’ kreattività u ispirazzjoni. Il-viżitaturi jistgħu jesploraw ukoll għadd ta’ padiljuni nazzjonali u tematiċi minn madwar id-dinja kollha, b’xogħlijiet minn artisti miċ-Ċina, l-Ukrajna, l-Italja, Spanja, u l-Polonja, fost oħrajn.
Fost l-attivitajiet li qed iseħħu, fil-Padiljun Nazzjonali Ukren, li jġib l-isem ta’ ‘MinNofsinhar għat-Tramuntana,’ sar tour kuratorjali kif ukoll taħdita li fihom ġiet diskussa aħjar it-tema tal-padiljun. Dawn esploraw in-narrattivi kumplessi tad-dekolonizzazzjoni u tal-imgħoddi imperjali li jaqsmu l-Ukrajna u Malta.
Wieħed jista’ jżomm ruħu aġġornat dwar dak kollu li qed jiġri waqt il-maltabiennale.art billi jsegwi l-paġni tal-mezzi soċjali uffiċjali tal-biennale kif ukoll is-sit elettroniku www.maltabiennale.art.