Il-linja tal-ajru MaltaAir ħabbret żieda fir-rotot u l-frekwenza li biha topera r-rotot tagħha.
Il-MaltaAir, kumpanija, sussidjarja ta’ Ryanair, illum ħabbret li bejn April u Ottubru 2023, se żżid erbgħa rotot ġodda. Dawn huma Baden fil-Ġermanja, East Midlands fir-Renju Unit, Memmingen fil-Bavaria, u Stokkolma fl-Iżvezja.
Apparti dan, il-linja ta’ l-ajru qalet ser tkun qed iżżid il-frekwenza ta’ ċertu rotot, fosthom ir-rotot lejn Barċelona fi Spanja, Ciampino, Catania u Milan fl-Italja, Valencia fi Spanja, u Vienna fl-Awstrija.
Ritratt ewlieni: techexplorist.com