Ċifri ppubblikati mill-uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat juru li matul Diċembru li għadda Malta żammet postha mal-pajjiżi bl-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Iċ-ċifri juru li b’rata ta’ tlieta punt tmienja fil-mija, Malta kellha sitt l-inqas rata ta’ qgħad. Kienu biss l-Olanda, il-Polonja, il-Ġermanja u r-Repubblika Ċeka li kellhom rata ta’ qgħad inqas minn ta’ Malta.
Il-Eurostat qal li matul Diċembru li għadda, ir-rata medja ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea kienet ta’ tmienja punt sitta fil-mija b’aktar minn 16-il miljun ruħ ifittxu impjieg.
L-ogħla rati ta’ qgħad ġew irreġistrati fil-Greċja b’aktar minn 18.6 fil-mija, Spanja b’aktar minn 14 fil-mija, l-Italja b’10.3 fil-mja u Franza b’aktar minn disgħa fil-mija.
Iċ-ċifri tal-Eurostat juru wkoll li Malta kellha fost l-inqas rati ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ ta’ taħt il-ħamsa u għoxrin sena.