Malta żammet postha fuq il-lista l-ħadra tar-Renju Unit wara li fl-aħħar sigħat, il-Gvern Ingliż ħareġ aġġornament fuq il-lista l-ħamra, dik oranġjo u dik ħadra b’rabta mal-ivvjaġġar fid-dawl tal-imxija.
B’hekk kull min jasal mir-Renju Unit jew sejjer lejn dan il-pajjiż ma jeħtieġ l-ebda obbligu ta’ kwarantina.
Min jiġi mir-Renju Unit biex jidħol f’Malta jrid jippreżenta ċ-ċertifikat tal-vaċċin li huwa rikonoxxut mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika.
Intant fuq il-lista oranġjo hemm pajjiżi bħall-Belġju, il-Ġermanja, b’tal-aħħar se timxi lejn il-lista l-ħadra mill-Ħadd li ġej.