L-għada li l-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika rrapporta tnaqqis ta’ aktar minn sebgħa u għoxrin fil-mija fil-persuni qiegħda, ċifri tal-Eurostat juri li għat-tieni xahar konsekuttiv Malta żammet postha bit-tieni l-anqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea u bl-anaqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi msieħba fiż-Żona Ewro matul ix-xahar li għadda.Fil-fatt fi Frar li għadda, Malta u l-Ġermanja kellha rata ta’ qgħad ta’ 3.5 fil-mija. Kienet biss ir-Repubblika Ċeka li rreġistrat rata ta’ qgħad aħjar minn ta’ Malta ta’ 2.4 fil-mija.
Ir-rata medja ta’ qgħad fost il-pajjiżi fiż-Żona Ewro kienet ta’ 8.5 fil-mija waqt li r-rata ta’ qgħad fost il-tmienja u għoxrin pajjiż tal-UE kienet ta’ 7.1 fil-mija.