Malta hija waħda mill-ftit pajjiżi li waqt pandemija fetħet l-iskejjel fis-sena skolastika li għaddiet u anke din is-sena.
Dan intqal mid-Direttur Ġenerali għas-Servizzi Edukattivi, Emile Vassallo waqt il-bullettin tal-aħbarijiet ta’ ONE tas-7:30pm.
Emile Vassallo qal kif matul il-ġurnata tal-Erbgħa fetħu 104 skejjel tal-primarja u s-sekondarja madwar pajjiżna.
Id-Direttur Ġenerali qal kif dawn l-iskejjel kienu preparati sabiex jilqgħu l-istudenti, anke bil-protokolli imposti mill-awtoritajiet tas-saħħa minħabba l-pandemija.
Huwa qal li minħabba dawn il-protokolli l-iskejjel kellhom jiżdiedu l-istudenti fil-klassijiet, fejn minn 24 student ġo klassi issa qed ikun hemm 15-il student f’kull klassi.