Il-coach tat-tim nazzjonali malti ta’ taħt il-21 sena Gilbert Agius sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 28 player għal-logħba ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej kontra l-Litwanja.
Apparti din il-logħba t-team malti suppost kellu jilgħab ukoll kontra r-Russja iżda dik il-logħba kienet giet imħassra b’deċiżjoni tal-UEFA b’rabta mal-invażjoni tar-Russa fl-Ukrajna.
Il-lista proviżorja tara r-ritorn tal-goalkeepers Rashed All-Tumi u Cain Formosa filwaqt li tinkludi bosta plejers ġodda fosthom, Kurt Bondin, James Vella, Jed Valletta, Sheldon Mackay, Joseph Zammit u Matthew Debattista.
Goalkeepers – Rashed Al-Tumi (Sliema Wanderers FC), Matthias Debono (Ħamrun Spartans FC), Cain Formosa (San Ġwann FC).
Difensuri – Adam Bradshaw (Balzan FC), Matthew Ellul (Hibernians FC), Christian Gauci (Valletta FC), Zean Leonardi (Pieta Hotspur FC), Nikolai Micallef (Ħamrun Spartans FC), Sheldon Mizzi (Pieta Hotspur FC), Samuel Okoh (Pieta Hotspur FC), James Vella (San Ġwann FC), Carlo Zammit Lonardelli (Sirens FC).
Midfielders – Ayrton Attard (Hibernians FC), Jean Paul Attard (Gżira United FC), Kurt Bondin (Żebbuġ Rangers FC), Matthew Debattista (Melita FC), Aleandro Garzia (Floriana FC), Marcus Grima (Balzan FC), Sheldon Mackay (Valletta FC), Andreas Vella (Floriana FC), Joseph Zammit (Nadur Youngsters FC).
Attakkanti – Jake Engerer (Sliema Wanderers FC), Jake Ghio (Pieta Hotspur FC), Sebastian Grech (San Gwann FC), Bradley Sciberras (Lija Athletic FC), Jamie Sixsmith (St Andrews FC).