Matul il-jum, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti Evarist Bartolo kien fil-Libja fejn kellu laqgħa mal-Prim Ministru Libjan Abdul Hamid Dbeibeh.
Fil-laqgħa kien hemm ukoll is-sehem tal-Gvern Taljan u l-Kummissjoni Ewropea.
Fil-fatt fit-taħdidiet dwar it-tisħiħ tal-koperazzjoni bejn il-Libja u l-Ewropa kien hemm preżenti l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Taljan Luigi Di Maio u l-Kummissarju Ewropew għall-Politika tal-Viċinat u t-Tkabbir Oliver Varhelyi.
Il-Ministru Bartolo qal li l-laqgħa kienet waħda tajba ħafna u li ħalliet il-frott f’ġieħ is-sigurtà tar-reġjun.