Fil-Grawnd Nazzjonali f’Ta’ Qali, it-tim nazzjonali Malti spiċċa bi skor indaqs ta’ 2-2 kontra t-tim nazzjonali tal-Greċja.
Kienu l-Griegi li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Anatasios Bakasetas fid-39 minuta.
It-tim nazzjonali Malti ġab l-iskors indaqs fl-54 minuta minn Jurgen Degabriele.
Imbagħad fis-67 minuta, il-midfielder Teddy Teuma skorja minn penalty.
Fis-86 minuta, il-Greċja ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Taxiarchis Fountas.
Din kienet l-ewwel logħba għall-kowċ Malti, Gilbert Agius, wara r-riżenja tal-kowċ Taljan, Devis Mangia.
It-tim nazzjonali Malti issa jmissu jilgħab mat-tim Irlandiż, nhar il-Ħadd li ġej.
Ritratti: Domenic Aquilina