Il-Prim Ministru Joseph Muscat bħalissa qed jiltaqa’ mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Emirati Għarab Magħquda, Sheik Abdullah Bin Zayed Al Nahjan.
Waqt il-laqgħa f’Kastilja hemm diversi oqsma li mistennija jiġu diskussi, fosthom is-sitwazzjoni fir-reġjun tal-Mediterran, b’mod partikolari il-kwistjoni fil-Libya, li qed tinkwieta ħafna pajjiżi. Il-Prim Ministru qal li din hija kruċjali, flimkien ma’ sitwazzjonijiet oħra fir-reġjun.
Is-Sheik qal li għandna nibnu relazzjoni bilaterali biex naffaċjaw il-vjolenza u mibiegħda li qed jaħkmu lid-dinja, biex allinqas dawn isibu sfida soda.