Il-ftehim kien iffirmat mill-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici u l-Viċi Ministru tal-Kultura Ċiniż.
Fl-2018 l-Belt Valletta se tkun il-belt kapitali Ewropea tal-Kultura filwaqt li ċ-Ċina se tkun qed iżżomm it-titlu tal-kapitali tal-kultura tal-Ażja tal-Lvant.
Għaldaqstant, bil-ftehim iffirmat iż-żewg pajjiżi se jikkolaboraw flimkien fil-qasam kulturali u se joffru aktar opportunitajiet għall-artisti partikolarment għall-artisti Maltin.
Iċ-Ċermen tal-Valletta 2018, Jason Micallef tkellem dwar l-importanza ta’ dan l-ftehim għal Valletta 2018.
Il-Ministru Owen Bonnici qal li l-Gvern Malti ilu għaddej b’laqgħat u kollaborazzjoni mal-Gvern Ċiniz biex il-qasam tal-kulturali jkompli jisaħħaħ u l-artisti Maltin ikollhom aktar opportunitajiet.
Minn naħa tiegħu, il-Viċi Ministru tal-Kultura qal li jinsab sodisfatt b’dan il-ftehim u esprima x-xewqa tiegħu li jkompli jaħdem mal-gvern Malti fil-futur.