Il-Ġimgħa waranofsinhar, it-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena rebaħ lill-Irlanda ta’ Fuq, bl-iskor ta’ 4-1.
Il-Maltin marru fil-vantaġġ permezz ta’ Jake Engerer fl-24 minuta.
Fis-36 minuta, it-tim Malti skurja permezz ta’ Matthia Veselji.
Erba’ minuti wara, l-istess Veselji skurja minn 11-il metru permezz ta’ penalty.
Hawnhekk, it-tim Malti mmexxi minn Gilbert Agius spiċċa l-ewwel taqsima bl-iskor ta’ 3-0.
Fit-tieni taqsima, it-tim tal-Irlanda ta’ Fuq skurja fit-58 minuta permezz ta’ Patrick Lane.
Fis-86 minuta l-Maltin skurjaw ir-raba’ gowl tagħhom permezz ta’ Ayrton Attard.
Din ir-rebħa tal-Maltin isegwi r-rebħa tat-tim nazzjonali Malti tal-kbar kontra Ċipru bl-iskor ta’ 3-0, nhar l-Erbgħa li għadda.