Aktar kmieni llum, il-Gvern Malti wassal kunsinja ta’ 40,000 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19, lejn il-Libja.
Fuq twitter, il-Prim Ministru Robert Abela ppubblika ritratt tal-kunsinja tal-vaċċin titgħabba fuq ajruplan tal-Air Malta.
Dr Abela qal li Malta tibqa’ impenjata li tgħin lil-Libja fi sfidi globali.
Anki d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne rrimarka kif Malta qed tgħin il-pajjiż ġar tagħha anki permezz ta’ 40,000 apparat li jintuża biex jagħti riżultat tat-test għall-Covid-19 fi ftit minuti.
Għal dan l-att mill-Gvern Malti rreaġixxiet l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa li rringrazzjat lil Malta tas-sehem tagħha fil-ġlieda kontra l-pandemija.
Fil-fatt id-Direttur Ġenerali tal-WHO Tedros Adhanom Ghebreyesus irringrazzja lil Malta għal din l-għajnuna lil-Libja.
Anki d-Direttur Reġjonali tal-WHO Hans Kluge kkummenta u qal li Malta qed turi li s-solidarjetà internazzjonali u t-tmexxija ta’ pajjiż imorru id f’id.