Malta ressqet numru ta’ riservi dwar il-proposta ta’ rata ta’ tassazzjoni korporattiva minima globali mressqa mill-Organizazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u Żvilupp, l-OECD.
Pajjiżna għamel dan waqt diskussjoni fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji magħruf ukoll bħala l-ECOFIN, permezz tal-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana.
Hemmhekk qed tiġi diskussa din il-proposta qabel tiġi ffirmata f’direttiva u jiskatta perjodu transitorju għall-Gvernijiet Ewoprej biex jaraw li l-kumpaniji jiġu konformi mas-sistema.
Għal numru ta’ xhur u snin pajjiżna rreżista dawn il-pjanijiet fuq livell Ewropew għal bidliet fis-sistema ta’ tassazzjoni vantaġġjuża ta’ pajjiżna ta’ 5% għall-kumpaniji barranin sabiex jeqilbu l-operat tagħhom f’pajjiżna.
Minkejja li affarijiet relatati ma’ tassazzjoni huma kompetenza tal-istati membri individwali, għal numru ta’ snin fuq livell Ewropew, Malta bdiet taffaċċja pressjoni kbira biex tibdel is-sistema ta’ tassazzjoni tagħha.
Dan hekk kif il-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej huma fil-fatt, favur rata ta’ tassazzjoni minima globali ta’ 15% għal kumpaniji bi profitti li jeċċedu s-€750 miljun.
Quddiem dan kollu waqt il-laqgħa tal-ECOFIN, il-Ministru Caruana qal li Malta se tkun qed tiffirma favur din il-proposta hekk kif kull pajjiż qed ikun sfurzat jiffirma.
“We said yes however we have mentioned at times that we have strong reservations on certain issues. Issues unfortunately about which we never received any feedback or answer. I do understand the motivation behind all this and its implications however I cannot ignore certain issues which revolve around fairness and the practicality in terms of implimentation.”
Huwa tenna wkoll li dawn ir-riżervi qed isiru għan-nom tal-poplu Malti.
“We have to answer to our people. I have to answer to my people. We don’t wish to withdraw our support from this process at this stage but at the same time I cannot ignore the serious concerns which are various of how all this will effect my country.”