Il-Gvern Malti nnota l-ittra addizzjonali ta’ avviż formali tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-inizjattiva taċ-ċittadinanza b’investiment.
Fi stqarrija l-Gvern Malti tenna bis-sħiħ li ċ-ċittadinanza hija kompetenza nazzjonali ta’ pajjiżna u għandha tibqa’ hekk għal Malta u għal kull stat membru.
Il-Gvern saħaq li huwa xorta se janalizza l-kontenut tal-korrispondenza li rċieva u huwa lest li jkompli jipparteċipa fi djalogu kostruttiv mal-Kummissjoni Ewropea.
Intqal li l-osservazzjonijiet li se jagħmel il-Gvern se jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni Ewropea fiż-żmien li ġej.