It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena temm l-impenji tiegħu fi Griupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-21 sena b’telfa kbira ta’ 6-0 kontra Spanja, bl-Ispanjoli jkunu diġá aċċertati mir-rebħa sa tmiem l-ewwel taqsima hekk kif diġá kienu erba’ goals minn fuq.
Il-Maltin xejn ma rreġistraw rekord pożittiv f’dan il-grupp hekk kif skorjaw biss erba’ goals u sofrew xejn inqas minn 35 goal.
L-Ispanjoli għamlu l-intenzjonijiet taghhom ċari mal-ftit tal-partita u fetħu l-iskor wara biss ħames minuti meta Peque Fernandez għadda tajjeb lejn SAMUEL ONORODION li minn pożizzjoni ideali ma ħafirx.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u fis-27 minta irduppjaw l-iskor meta l-istess SAMUEL OMORODUION wara li rċieva mingħand Jose Angel Carmona mill-viċin tefa’ ġewwa.
U jidher li l-Isanjoli ma kinux kuntenti biżżejjed b’dan l-iskor hekk kif fid-39 minuta f’azzjoni kważi foto-kopja tal-ewwel goal, Peque Fernandes provda l-assist lil SAMUEL ONORODION li tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper Malti, Hugo Sacco.
Kulma jmur kompla d-dominju assolut tal-Ispanjoli u fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima skorjaw ir-raba’ goal meta reġa’ kien SAMUEL ONORODION li sab ix-xibka, din id-darba wara li rċieva mingħand Dean Huijsen, biex b’hekk irreġistra poker personali.
Spanja komplew jixxalaw u fis-56 minuta skorjaw il-ħames goal meta Yeremay Hernandez għadda tejjeb lejn PEQUE FERNANDEZ li minn qagħda ideali ma żbaljax.
Huma ssiġillaw ir-rebħa permezz tas-sitt goal minn ROBERTO FERNANDEZ fis-76 minuta.
Bl-Ispanjoli jkunu ilhom diġá aċċertati mir-rebħa u mit-tliet punti, huma naqsu xi ftit mir-rendiment tagħhom u komplew jamministraw il-vantaġġ komdu li kellhom sa tmiem il-partita.
Referee: Georgi Ginchev (Bulgarija)