Malta trid tkun wieħed mill-ewwel pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li jmorru għal karozzi elettriċi u li jaħdmu b’teknoloġija aktar nadifa. Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt li kien qed jindirizza l-ewwel ‘E-Mobility summit’ f’pajjiżna li ġab taħt saqaf wieħed mal-400 delegat minn madwar id-dinja fosthom id-diriġenti ta’ BMW.
Dr Muscat qal li pajjiżna jista’ jservi bħala l-pajjiż ideali għall-industrija tal-karozzi biex tiġi ppruvata l-qalba għall-karozzi elettirċi fuq bażi nazzjonali.
Ħabbar kif fost oħrajn l-Enemalta se toffri tarrifa speċjali lis-sidien ta’ karozzi li jaħdmu bl-elettriku.
Huwa qal li f’dan kollu Ghawdex mistenni jkun l-ewwel lokalità li jintuża bhala proġett pilota gżal karozzi elettriċi. Wara ssegwi Malta bħala proġett pilota għall-Unjoni Ewropeja kollha.
Semma fost oħrajn l-iskemi li introduċiet Transport Malta fl-aħħar snin biex aktar nies ikunu f’qagħda li jibdlu l-vetturi tagħhom u eventwalment jixtru karozzi li jħammġu anqas u huma aktar ekonomiċi.
Il-Prim Ministru ħabbar kif bħalissa qed issir studju ieħor li se jiġi preżentat lill-Gvern biex ikun f’pożizzjoni li jaġġorna dawn l-iskemi.
Dwar l-iskemi offruti minn Transport Malta ONE News tkellem mas-Sur Jeffrey Debono – Kap Eżekuttiv ta’ Debono Group – wieħed mill-aġenti ewlenin tal-vetturi f’pajjiżna. Huwa qal li l-iskemi fosthom għal minn jixtri karozza Hybrid jiġifieri li taħdem ukoll bl-elettriku qed iħallu impatt pożittiv ħafna.
“Biss biss is-sena l-oħra 50% tal-karozzi tagħna kollha ‘hybrid’ jiġifieri l-impatt li għandha din fuq l-ambjent għax meta l-karozza tkun fuq traffic slow il-magna tkun kollha mitfija, u għandek ukoll li tiffranka ħafna fjuwil, u aħjar minn karozza tradizzjonali li hi internal combustion engine,” qal s-Sur Debono.
Is-Sur John Buttigieg, wieħed mill-organizatturi tal-‘E-Mobility Summit’ spjega qal li fis-summit qed jieħdu sehem id-diriġenti tal-kumpanija internazzjonali BMW li hi wkoll is-sostenitur ewlieni ta’ dan is-summit.
“L-idea hi li wieħed jagħti aktar vżibilita u awareness lil dan is-suġġett li mhux kulħadd qed jifhmu u mhux intiż tiegħu,” qal is-Sur Buttigieg.
Is-summit kien indirizzat ukoll mill-Ewro Parlamentari Laburista Miriam Dalli li fl-aħħar xhur ppreżentat pjan ambizzjuz li permezz tiegħu jinqataw l-emissjonijiet mill-vetturi b’40% sas-sena 2030. Liġi li ġiet approvata s-sena li għaddiet mill-Parlament Ewropea.
Dr Dalli qalet kif Malta m’għandhiex tibża mill-isifda tal-vetturi elettriċi u qalet li l-proġett pilota ta’ bidla ta’ vetturi elettriċi f’Għawdex jista’ tkun opportunità li permezz tagħha l-Ewropa kollha timxi fuq l-eżempju.
#Malta wants to be one of the first #EU member states to go for #ecars and cleaner technology vehicles. We can serve as an ideal environment for industry to test a nationwide changeover -JM #emobilitysummit @Miriamdalli @JoseHerreraMP pic.twitter.com/yewLlaKorX
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) March 8, 2019